Merhba
L-ahhar loghba
L-Ewwel Divizjoni  

Zejtun C.             4

 St. Patrick's        0 


Il-loghba li jmiss

L-Ewwel Divizjoni

Zejtun C.
vs
Vittoriosa S.
 
Il-Hadd, 12 ta' Frar
 04:15pm
 
Stejdjum
Victor Tedesco 
Opinjoni
F’liema diviżjoni jixirqilhom jilagħbu ż-Żejtun Corinthians?
 
Loghba pozittiva

Il-Corinthians bdew it-tieni rawnd tal-ewwel diviżjoni b’rebħa stupenda fuq il-ġirien St Patrick’s. Din il-logħba ntlagħbet bi spirtu sportiv, tant li r-referì Kevin Azzopardi ma weriex karta waħda.  Mill-bidu, din il-partita kienet ikkontrollata miż-Żwieten u l-avversarji qatt ma daħlu fil-logħba. Joey Falzon għażel li jilgħab bl-istess formazzjoni li lagħab kontra l-Pietà bl-eċċezzjoni li daħħal lil Jesmar Abela minflok l-imweġġa’ Silvio Sciberras. Sa mill-bidu l-inizjattiva kienet f’idejn iż-Żwieten, li qajla taw ċans lill-avversarji imma għalkemm kellhom ħafna mil-logħob, qatt ma kienu perikolużi għaż-Żabbarin. Biss fl-ewwel attakk denju ż-Żwieten skurjaw permezz tas-solitu Kenneth Abela, li żmarka ruħu tajjeb mill-pass ta’ Kalin Ganchev u b’kalma tefa’ l-ballun fix-xibka. Is-St Patrick’s biddlu t-tattika imma dan ma sewiex għax il-Corinthians baqgħu jjiddominaw u l-pussess tal-ballun qatt ma ħarab minn taħt idejhom. Fid-29 minuta Wizam Elzeradi spara xutt b’saħħtu li għadda ftit barrra. Ħames minuti wara Abela kien għoddu rrdoppja meta għola tajjeb wara żball difensiv imma d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ’il bogħod mil-lasti. Il-pressjoni Żejtunija kompliet u wara bdil tajjeb tal-ballun bejn Shawn Magro u Andrè Farrugia, il-ballun wasal għand Elzaredi li għadda tajjeb lejn Kenneth Abela u d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet f’idejn il-gowler Żabbari Joshua Galea. Lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima Blendi Gockaj ixxuttja barra u ftit minuti wara xutt insidjuż ta’ Rigers Ceka laqgħu Rainier Farrugia...

 

 
Dro kontra l-Pietà Hotspurs
          Nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar, ġewwa l-istejdjum Victor Tedesco, il-Corinthians iffaċċjaw lil-leaders Pietà Hotspurs quddiem folla numeruża u qasmu l-punti magħhom. Għaż-Żwieten iddebutta l-midfilder Shawn Magro u rritorna l-Libjan Wisam Elzaredi, filwaqt li kellhom neqsin lil Vince Camilleri (imweġġa’) u Jesmar Abela (sospiż). Il-logħba kienet ibbilanċjata u l-Hotspurs kienu iktar avventurużi, bil-Corinthians jagħrfu jagħlqu l-ispazji meħtieġa. Wara biss żewġ minuti logħob il-Pietà, li ħarġu jfittxu l-gowl kmieni, kellhom ċans tajjeb imma l-gowler Żejtuni mblokka x-xutt minn taħtu ta’ Vinicius Pereira Dos Santos. Erba’ minuti wara daqqa ta’ ras ta’ Ezequile Belzuz Giaccaglia għaddiet ftit għoli. Il-Corinthians resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-12-il minuta, meta frikik ta’ Edward Azzopardi ġie indirizzat lejn il-kaxxa avversarja, Kenneth Abela għola fuq kulħadd u d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ftit barra. Il-Pietà komplew jippressaw u fil-21 minuta kienu perikolużi minn frikik ta’ Adrian Farrugia mix-xellug imma Elzaredi tajjar il-ballun qabel seta’ jilħaq Zach Muscat biex iċ-ċans intilef. Erba’ minuti wara krosxot ta’ Jurgen Pisani għadda għoli, u ftit wara Terance Agius minn qagħda tajba xeħet barra. Fid-29 minuta kien hemm reazzjoni Żejtunija b’Elzaredi jibdel il-ballun ma’ Shawn Magro imma x-xutt tiegħu laqgħu l-gowler tal-Pietà, Miguel Montfort, mingħajr wisq diffikultà. Dos Santos kellu xutt jgħaddi ftit barra fl-34 minuta u seba’ minuti wara Adrian Farrugia għamel l-istess bħalu...
 
 
Zghazagh, Tfal u Nisa
            F’dan l-istaġun 2011/12, iż-Żejtun Corinthians qegħdin jikkompetu fil-kategoriji kollha li jipprovdu l-M.F.A. u l-Youth F.A. u jidher li se jkun wieħed memorabbli għat-timijiet taż-żgħażagħ u tat-tfal. Bħalissa qed naraw attività qawwija f’dan il-qasam u r-riżultati li qed jinkisbu huma l-frott tal-amministrazzjoni u d-dedikazzjoni tal-membri li jieħdu ħsieb dawn is-setturi. Biex jinkiseb is-suċċess ma jistax jonqos li jrid ikollok tfal u żgħażagħ dedikati u ġenituri li jinkoraġġuhom u li jieħdu interess f’dan il-qasam...
 
<< Start < Prev 1 2 Next > End >>

Results 1 - 4 of 5